Home > Uncategorized > Id-divorzju mhux issue politika, Lawrence iċ-ċuċ u Andre’ l-fantażma!

Id-divorzju mhux issue politika, Lawrence iċ-ċuċ u Andre’ l-fantażma!

Id-divorzju ma kenitx issue politika, imma sfortunatament kien fl-interess ta’ Laurence Gonzi li jbiddilha f’issue politika ghax dan l-unika mod kif r-referendum jintilef u l-PN johrog bl-unuri.

Hafna ma jiftakrux l-allejanza tal-PN u l-Knisja li ilha ghaddejja kwazi seklu f’pajjizna, tant li servej ricenti fuq il-Maltatoday wera li 23% biss jemmnu li l-Knisja ghamlet bizzejjed biex tfejjaq il-ferita’ li halliet l-Interdett. Dan ifisser li 77% ghadhom qed jistennew il-Knisja tpatti tad-dnubietna. Mhux il-hin kollha jippriedtkaw li ahna l-populin iridu npattu tad-dnubietna, u meta jaghmlu gazuba huma, joffru bicca apologija!

Ahna tal-mazzun ma niehdu xejn bil-kbir ghaliex nafu li matul l-istorja, il-Knisja dejjem iffavorixiet lil min kien fil-poter u halliet il-poplu fl-injoranza biex tkun tista’ tikkontrollah bis-superstizzjonijiet taghha. Hadd mhu se jinsa kemm kienet habiba l-Knisja Kattolika mad-dittatur Pinoche tac-Cile u Franco ta’ Spanja; u x-xjuh zgur li qatt mhu se jinsew il-hbiberija bejn il-Papa Piju XII u n-Nazisti. Il-Knisja dejjem zammet ma’ min ghandu l-poter ghax l-interess taghha dejjem kien li tipprotegi l-influwenza taghha u mhux l-imsieken li jispiccaw mahkuma u mkassbra. Wara kollox, ghamlet zmien twil tahkem in-nies bl-aktar mod ahrax u moqziez; u tittorturahom u tjassarhom jekk ma jaqblux maghha. Bizzejjed insemmu l-genocidji li wettqu l-qawwiet tal-Papiet fl-Amerka t’Isfel fejn esterminaw popli ndigini shah, t-terrur ta’ l-Inkizzjoni, il-massakkri taz-Zmenijiet id-Dlam u l-Krucjati u l-hruq u distruzzjoni ta’ kotba u manuskritti.

Il-katina bejn il-PN u l-Knisja f’Malta ma’ tinqata’ qatt ghax il-kleru jaf li ghandu forcina fil-PN u jaf ukoll li l-biza’ tieghu hi r-rebha ta’ min hu progressiv u jrid li l-poplu Malti kollha jgawdi d-drittijiet civili li jgawdu shabna l-Ewropej.

  • Ghaliex ir-rezistenza kbira tal-Knisja kontra l-omosesswali meta hu fatt maghruf li hafna qassisin u patrijiet huma omosesswali mohbija u Alla biss jaf x’isehh fil-monasteri wara bibien maghluq
  • Ghaliex jahbu kemm jifilhu l-pjaga ta’ pedofelija li min jaf kemm hassru tfal innocenti fdati f’idejhom. Kif ghandhom il-wicc jghidu li huma t-tarka tal-moralita’ f’Malta meta lanqas biss kellhom il-hila jwaqqfu, jikkontrollaw u jressqu l-qorti dawk il-hniezer li bghabbsu t-tfal?  Id-divorzju dnub … u li tassalta sesswalment tifel taht l-eta’ x’inhu?
  • Ghalfejn din il-glieda kontra d-divorzju u jaqblu mal-ko-abitazzjoni? Tghid jafu b’kemm hawn qassisin bil-habiba?
  • Ghalfejn johorgu qatta’ bla habel kontra r-riproduzzjoni assistita, imma xorta jekk tistaqsi qassis xih zmagat jghidlek li l-uzu tal-kondom hu dnub u l-Papa jkompli jinsisti fuq dan?

Kif jista’ jkun li l-muvument kontra d-divorzju jkollu niskata kredibilita’ meta maghmul minn nies tant qrib il-PN. Ghandha lil Laurence Zammit, li kien wiehed minn dawk ic-cwiec Maltin li fallew l-Air Malta u dan il-kliem qalu l-Ministru tal-Finanzi. Ghandha Dun Joe Borg li ftahna dan il-blog b’artiklu dedikat lejh u lejn il-bozza ta’ l-gherf ta’ huh li fotta l-programmi ta’ l-EU tal-Erasmus u Leonardo u sehbitu Dolores Cristina wahhlet f’Christopher Bezzina minflok f’binha. Ghandna lil Andre Camilleri li jahlef li mhux Nazzjonalist u jarawh l-HQ tal-Pieta’ u bhal San Pietru jichad u jallega li raw fantazma; u ghandna wkoll fundamentalista mhawda Joyce Cassar li ma’ taqbilx mad-divorzju ghax il-mahbub taghha Rene Camilleri qatt ma jahfrilha!

Dawn il-vergni qabel il-twelid kollha jridu jghidulna x’ghandna naghmlu meta l-intiena li ghandhom taht ghabthom hadd ma jissapportiha. Nies ipokriti Nazzjonalisti li mhux vera li dak li qed jaghmlu qed jaghmluh biex ma jidholx id-divorzju, izda biex ma jkollux disfatta l-Alla propju taghhom, Laurence Gonzi u jibqa’ fil-poter flimkien ma’ Knisja

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: