Home > Opinion > Dun Joe Borg ihobb juza t-tfal!

Dun Joe Borg ihobb juza t-tfal!

Fr Joe Borg

Ma nistghux nghidu li Dun Joe Borg mhuwiex konsistenti u ma jzommx mal-linja li qed tiehu l-Knisja Kattolika kullimkien fid-Dinja–dik li tuza t-tfal ghall-ghanijiet taghha. X’jimpurta mill-innocenza tat-tfal? Wara kollox ara kemm qassisin nehhew l-innocenza tat-tfal dawn l-ahhar elfejn sena u qatt ma fethet halqha biex tipprotegihom. Kien hemm zmien meta kien accettat li titnehha din l-innocenza tat-tfal u issa Dun Joe Borg qed jghidha bil-miftuh fuq il-gazzetti. Nehhu l-innocenza tat-tfal u wzawhom kif tridu l-aqwa li tintrebah il-battalja ghas-sewwa. Insomma s-sewwa skond Dun Joe Borg ghax nghiduha kif inhi ma tantx hu oraklu tas-sewwa. Issa nistennew li dawk kollha li babbsu u hassru t-tfal ghall-ghomorhom u qeghdin il-qorti, johorgu jikkwotaw lil Dun Joe Borg ghaliex hu u l-Kurja Maltija jaqblu li l-innocenza tat-tfal tista’ tigi ssagrifikata, l-aqwa li jintilef ir-referndum ghad-divorzju.

Ma rridux ninsew li l-kampanja qed imexxiha ma’ huh, Frans Borg li tghidx kemm ibbrilla bhala segretarju permanenti fl-edukazzjoni, tant li fotta sena u fuqhom liz-zghazagh Maltin minghajr fondi mill-UE u issa jrid ifottilhom ic-cans li jkollhom id-divorzju jekk tinqalghalhom xi problema fiz-zwieg.

Qatt tinsew li nies bhala l-ahwa Borg huma opportunisti kbar li dejjem gawdew bil-barka tal-Knisja u tal-Partit Nazzjonalista u qed jahdmu biex ma jhallukhomx tiehdu drittijiet civili ghaliex dawn id-drittijiet se jnaqqsu s-sahha lill-Knisja Maltija u lill-Partit Nazzjonalista li dejjem rebah bl-ghajnuna taghha; u jekk dawn jitilfu s-sahha u l-poter, jitilfuha l-ahwa Borg ukoll.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: